Lokali Parlament

Malta mhijiex il-Partit Laburista u l-Partit Laburista mhuwiex Malta

Eve Borg Bonello, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Eve Borg Bonello sostniet fil-parlament li Malta mhijiex il-Partit Laburista u l-Partit Laburista mhuwiex Malta.

Eve Borg Bonello qalet li d-dibattitu annwali fil-Parlament Ewropew dwar Daphne Caruana Galizia kien ilu ippjanat ferm qabel il-Kap tal-PN mar Brussell. Hi tkellmet dar il-ġustizzja fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u qal li l-mozzjoni tal-Gvern Laburista ma kinitx dwar il-governanza iżda hi dwar Robert Abela.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-gvern għandu paniku b’esponenti tal-PL jattakkaw lill-PN li infexx f’attakki personali u li huma tradituri. Il-gvern ried itellef lill-kap tal-PN milli jwettaq id-doveri politiċi. Hi fakkret kif il-gvern attakka l-ġudtikatura u sejħilhom terroristi u qalet li l-attakki personali huma dawk li d-deputati tal-PN jirċievu kuljum b’riżultat tal-mibgħeda li ġejja mill-gvern.

Eve Borg Bonello kompliet li dan it-theddid isir minħabba l-ħidma li jwettqu d-deputati tal-PN u żiedet li hawn min inqatel għax wettaq ix-xogħol ġurnalistiku tiegħu. Dan qed iwasal għat-tmermir tal-istituzzjonijiet. Issa l-gvern qed jipprova jiċċensura lill-Oppożizzjoni b’mozzjoni li bħala ssir minn gvern awtokratiku. Malta mhijiex il-PL u l-PL mhuwiex Malta, sostniet Eve Borg Bonello, li qalet li s-soċjetà stenniet li wara tmien snin il-mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia kellu jkun il-ħabs.