Id-diskussjoni ta’ PROFILI tal-lejla se tkun qed tlaqqana’ ma’ Lelio Spiteri. Mal-profil il-konversazzjoni se tiffoka fuq Għawdex, imma mhux biss, il-ħidma tiegħu fl-edukazzjoni u kif iħares lejn it-tagħlim se jkunu wkoll il-qofol.

Fi PROFILI se ssir diskussjoni fuq il-marċ ta’ Balzunetta t’Għajnsielem u l-ħidma tiegħu anki fix-xandir. Il-profil ukoll se jgħidilna kif l-iskola fejn hu Kap, saret magħrufa wkoll bħala l-“Happy School”.
“Ikunu t-tfal stess li jagħżlu l-mużika filgħodu, u taf kif jidħlu hemm…. mużika li jkollha l-upbeat, ġieli lanqas jien ma nkun nafha, imma meta jkun il-ħin biex jieqfu, mill-ewwel jobdu”
PROFILI għandu l-produzzjoni u l-preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, u l-programm tal-lejla għandu muntaġġ ta’ Gail Mallia.
Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki wħud mill-episodji fuq Spotify.
//= $special ?>