Futbol Sport

Rebħiet kbar għal Liverpool u Chelsea

Ritratt: EPA

Mill-UEFA Champions League Liverpool irritornaw għar-rebħ wara erba’ telfiet konsekuttivi b’rebħa emfatika kontra Eintracht Frankfurt bl-iskor ta’ 5-1. Kienu l-Ġermaniżi li marru fil-vantaġġ wara 25 minuta meta kien Rasmus Krisentsen li xeħet fix-xibka għal 1-0.

Reazzjoni minn Liverpool għaxar minuti wara meta minn ballun fit-tul ta’ Andy Robertson kien l-eks tal-partita Hugo Ekitike li avvanza tajjeb u fil-baxx ikkonkluda fix-xibka. Erba’ minuti wara Liverpool fil-vantaġġ meta minn corner kien Virgil van Dijk li għola fuq kulħadd u xeħet fix-xibka. It-tielet gowl għal Liverpool wasal qabel tmiem l-ewwel taqsima meta din id-darba minn corner ieħor kien id-difensur ċentrali l-ieħor Ibrahim Konate li b’daqqa ta’ ras b’saħħitha tefa’ fix-xibka. Fit-tieni taqsima gowls minn Cody Gakpo u Dominik Szoboszlai ikkonsolidaw ir-rebħa.

Fi Stamford Bridge rebħa komda wkoll għal Chelsea meta għelbu lil Ajax bl-iskor ta’ 5-1. Ajax spiċċaw jilgħabu b’għaxar plejers wara kwarta logħob meta ntwera il-karta l-ħamra il-plejer Kennerth Taylor. Chelsea approfittaw immedjatament u marru fil-vantaġġ tliet minuti wara permezz ta’ Marc Guiu. Moises Caicedo irdoppja l-iskor fis-27 minuta qabel Wout Weghorts naqqas id-distakk għal 2-1 mill-ħdax-il metru. Enzo Ferandez għamilhom 3-1 mill-ħdax-il metru fil-45 minuta biex minuta wara din id-darba kien Estevao li minn penalty ukoll għamilhom 4-1. Tyrique George skorja il-ħames gowl għal Chelsea.

Riżultati

Atheltic C. v Qarabag 3-1, Galatasaray v Bodoe 3-1, Monaco v Spurs 0-0, Atalanta v S.Prague 0-0, B.Munich v C.Brugge 4-0, Chelsea v Ajax 5-1, E.Frankfurt v Liverpool 1-5, R.Madrid v Juventus 1-0, Sporting v Marseille 2-1