Lokali Parlament

Tonqos in-nefqa fis-salarji tal-istaff akkademiku fl-Università

In-nefqa totali fis-salarji tal-istaff akkademiku fl-Università ta’ Malta naqset b’aktar minn €400,000 mis-sena 2023 għas-sena 2024 – is-sena li għaddiet.

In-nefqa fis-salarji tal-istaff akkademiku fl-Università ta’ Malta naqset minn €66,823,798.28 fl-2023 għal €66,388,079.51 fl-2024 – tnaqqis ta’ € 435,718.77.

It-tnaqqis fin-nefqa fis-salarji tal-istaff akkademiku fl-Università ta’ Malta kkonfermah fil-Parlament Clifton Grima, il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjon; għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalistsa Justin Schembri li staqsa lill-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali fis-salarji tal-istaff akkademiku fl-Università ta’ Malta għas-snin 2023, 2024 u 2025, maqsuma xahar b’xahar’