Lokali

Trasport tal-massa: Ħadd ma jaf x’inhi l-pożizzjoni tal-Gvern

Il-Ministru Clyde Caruana reġa’ kkonferma li qed jara probelmi kbar ta’ vijabbiltà fil-proġett imwiegħed mill-Labour stess fl-aħħar elezzjoni ġenerali. U inkredibilment, issa wara dawn is-snin kollha, il-Gvern jidher li għadu bla pożizzjoni dwar x’ser jiġri mill-proġett tat-trasport tal-massa.

Kien għalhekk illi Net News staqsa lill-membri Parlamentari Laburisti x’inhi l-pożizzjoni uffiċjali tal-Gvern dwar din il-kwistjoni tant importanti.

U waqt li l-Gvern ilu mill-2013 biex isib tarf tal-kriżi tat-traffiku li issa saret problema akuta, ħadd ma jista’ jifhem eżatt liema rotta se jkun qed jieħu Robert Abela; meta għandu Ministru tal-Finanzi li qed jgħid totalment l-oppost tiegħu.