Ir-Russja wettqet mill-ġdid sensiela ta’ attakki bil-missili u d-drones fuq l-Ukrajna…Attakki li swew il-ħajja ta’ diversi ċivili, inklużi tfal – u fost il-konferma li missila minnhom laqtet direttament kumpless ta’ kindergarten fil-belt ta’ Kharkiv.
Sadanittant, il-kapitali Ukrena, Kiev, ġarrbet ħsarat konsiderevoli waqt il-burraxka u fejn ukoll kienu konfermati t-tfal fost l-għexieren tal-midruba.
Min-naħa tiegħu, il-President Ukren, Volodymyr Zelensky, qal li l-attakki qegħdin juru mill-ġdid li mhix issir biżżejjed pressjoni fuq il-President Russu Vladimir Putin biex iwaqqaf il-gwerra.
Intant, il-President Zelensky wasal in-Norveġja bħala l-bidu ta’ sensiela ta’ żjarat li hu qed jagħmel fl-Ewropa.
Fl-istess ħin, l-Ukreni għadhom qed juru snienhom b’attakki fuq faċilità kimika tar-Russja li tinsab fir-reġjun ta’Bryansk, viċin il-fruntiera komuni….Fl-attakk intużaw il-missili Storm Shadow li l-Ukreni kienu rċevew mingħand ir-Renju Unit.
L-uffiċjali militari Ukreni qalu, wara, li l-attakki ‘laħqu t-tragwardi kollha’ u li l-missili penetraw l-ispazju tal-ajru tar-Russi.
Dan meta l-faċilità ta’ Bryansk tipproduċi l-munizzjon, l-isplussivi u rocket fuel…Ilkoll komponenti li qed jintużaw fil-missili li r-Russi qegħdin jisparaw lejn iz-zoni ċivili tal-Ukrajna.
//= $special ?>