Żewġ ġurnalisti – wieħed miżmum il-ħabs fil-Belarus u bl-oħra qed tinżamm il-ħabs fil-Ġorġja – rebħu l-Premju Sakharov li hu l-akbar unur mogħti mill-Unjoni Ewropea lill-persuni li jħarsu u jiddefendu d-drittijiet umani u l-libertajiet bażiċi.
Il-Premju ta’ din is-sena tħabbar mill-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola. Dan meta r-rebbieħ jew rebbieħa jintgħażlu mid-deputati ewlenin tal-Unjoni Ewropea – bil-kandidati jkunu nominati mid-diversi gruppi politiċi rappreżħentanti fil-Parlament Ewropew.
Wieħed mir-rebbieħa ta’ din is-sena, Andrzej Poczobut, hu korrispondent għall-gazzetta Pollakka influwenti Gazeta Wyborcza. Hu kien spiċċa kundannat dwar ‘aġir li jmur kontra s-sigurtà tal-Belarus’ u qed jiskonta tmien snin ħabs fil-kumpless ta’ Novopolotsk.
Intant, Mzia Amaghlobeli, ġurnalista prominenti li waqqfet l-entitajiet tal-media indipendenti fil-Ġorġja, instabet ħatja li refgħet idejha fuq uffiċjal tla-pulizija waqt protesta kontra l-Gvern. Hi weħlet sentejn ħabs, bil-gruppi favur id-drittijiet umani jikkundannaw il-verdett bħala attentat lejn it-trażżin tal-libertà tal-istampa.
//= $special ?>