Lokali Parlament

1,188 studenti barranin fl-Unversità li mhumiex minn pajjiżi fl-UE

L-istudenti li qed jattendu l-Università ta’ Malta matul din is-sena akkademika jlaħħqu total ta’ 12,341 student, li jinkludi wkoll 1,188 studenti li huma barrani iżda mhumiex minn xi pajjiż fl-UE. L-istudenti mill-UE huma 1,244 – 56 biss aktar studenti mill-UE mill-istudenti barranin minn pajjiżi barra l-UE.

Dan ikkonfermah fil-Parlament Clifton Grima, il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni; għal mistoqsija tad-Deputat Laburista Carmelo Abela.