Lokali

AKTAR LEAKS MIL-LABOUR: Fleur Abela se tieħu post Alison Bezzina

Sorsi midħla sew fil-Partit Laburista li tkellmu ma’ Net News spjegawlna li Fleur Abela, it-tifla ta’ Toni Abela se tinħatar Kumissarju għall-Ħarsien tal-Annimali.

Aktar kmieni illum wara ħames snin bl-irwol ta’ Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali, Alison Bezzina kkonfermat li l-kuntratt tagħha mhux se jiġġedded. B’attivisti, bħal Moira Delia u oħrajn, jinsistu li neħħewha “għax kienet taħdem bla waqfien għall-annimali”.

Fi stqarrija fuq il-midja soċjali, Alison Bezzina sostniet li din id-deċiżjoni ġiet mingħajr ebda spjegazzjoni, ebda diskussjoni, u b’avviż ta’ ġimgħa biss.

Il-mandat tagħha spiss kien ikkaratterizzat minn opinjonijiet b’saħħithom u kritika miftuħa għan-nuqqasijiet serji b’rabta mal-ħarsien tal-annimali.

Fuq Facebook, Alison Bezzina rringrazzjat lill-NGOs, lill-attivisti, u lill-voluntierI li appoġġjaw il-missjoni tagħha …filwaqt li wiegħdet li se tkompli bl-attiviżmu tagħha.

Fuq kollox, hi saħqet li ħadd mhu se jieħu l-vuċi tagħha.