Se jkunu Għaxaq Boċċi Club u St Peter’s Żabbar li se jkunu qed jikkontestaw il-finali taċ-Championship Pool tal-Ewwel Diviżjoni organizzat mill-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi.
Fis-semifinali li ntlagħbet fil-pitch ta’ Ħal Lija, Għaxaq għelbu lil Buġibba Boċċi Club 21-13 f’logħba li damet tliet sigħat u nofs.
St Peter’s Żabbar kienu aċċertaw ruħhom għall-post fil-finali wara li spiċċaw fl-ewwel post tal-klassifika.
Il-finali għandha tintlagħab fil-pitch ta’ Birkirkara.
Magħrufa wkoll il-finalisti tal-kampjonat ta’ taħt it-18-il sena hekk kif Għaxaq u Żebbuġ se jkunu qed jissieltu għar-rebħ tat-trofew finali. Din il-finali għandha tintlagħab nhar il-Ħadd li ġej fid-9.30am fil-pitch ta’ Marsamxett.
//= $special ?>