David Agius, PN
Id-Deputat Nazzjonalista David Agius qal fl-Aġġornament tal-Parlament li hemm ħaddiema tal-Eks Air Malta li għadhom jitħallsu minkejja li l-kumpanija għalqet u appella biex issir investigazzjoni dwar dawn il-każi.
David Agius qal li l-Air Malta għadha qed toħroġ €80,000 f’pagi fix-xahar meta din hi kumpanija magħluqa. Hu kompla li l-gvern ma weġibx għal sitt mistoqsijiet parlamentari li hu għamel dwar dan is-suġġett u kellu jistaqsi s-seba’ darba biex ingħata tweġiba dwar ħaddiema li għadhom fuq il-kotba tal-Air Malta. Il-gvern għandu jispjega kif ta €1.5 miljun lil ħaddiema ta’ kumpanija magħluqa. Hu appella lill-NAO biex jistħarreġ dan il-każ għaliex dawn huma flus il-poplu.
David Agius qal li issa hemm il-Malta Air flok l-Air Malta u staqsa fejn hi r-responsabblità fuq dan il-każ. Veru li hemm żewġ ħaddiema fuq il-kotba tal-Air Malta li qed jitħallsu iktar minn €70,000 fis-sena?
Id-deputat Nazzjonalista kompla li bil-fomm il-gvern jgħid kemm jirrispetta lil dawk li għandhom id-delizzji u l-isport fosthom tal-moto sports iżda jirriżulta li l-applikazzjoni fil-PA dwar it-trakka turi li din kienet irtirata. Għalhekk jidher li m’hemmx il-permessi neċessarji għal dan il-proġett.
David Agius qal li minn dokument u studju li sar minn Gordon Cordina jirriżulta li l-proġett tat-trakka tal-motor sport se jiswa €80 miljun. Din se tkun Formula 3, sostna David Agius, li kompla li jidher li kien hemm problemi fil-Kabinet għal dan il-proġett b’oġġezzjoni mill-Ministru tal-Finanzi.
Id-deputat Nazzjonalista staqsa x’se jsir bl-attivitajiet tal-aircrafts u b’żewġ kumpaniji li joperaw miz-zona. Veru li hemm min qed jitħallas konsulenza ta’ €13,000 fix-xahar biex issir it-trakka? Min qed iħallas lill-kuntratturi għax-xogħol li qed isir fil-kwwrt ta’ mil? Jew twaqqfu l-pagamenti? Veru li hemm DSF li blokkjat kull tranzazzjoni sakemm tkun iċċarata l-kwistjoni tal-għajnuna mill-Istat? Min se jkun responsabbli għall-art tal-carting u tat-trakka?
David Agius qal li hemm nuqqas ta’ koordinazzjoni dwar dan il-proġett u sostna li l-affarijiet għandhom isiru sew biex l-ebda persuna li tkun taħdem fuq dan il-proġett ma titneħħa għax tkun qed tagħmel xogħlha sew. Minkejja l-wegħda li sa Novembru l-proġett tat-trakka jkun lest, fil-fatt għad m’hemm xejn.
Dan hu gevrn li jidħak bin-nies, sostna David Agius, li kompla li jrid jistaqsi wkoll dwar konsulenzi li għadhom għaddejjin fl-Air Malta.
Dwar l-isport tat-tiġrijiet taż-żwiemel hu qal li minkejja li fl-2017 l-art ingħatat għall-proġett, s’issa għad hemm problemi biex dan isir.
Fl-ibburdjar hemm ir-Rolex Middle Sea, sostna David Agius, li staqsa x’sar minnha d-dgħajsa ‘Viva Malta’ tal-ibburdajr li swiet €500,000. Min se jieħu ħsiebha u min qed jużaha din id-dgħajsa?
Dwar il-Marsa hu qal li r-rugby u l-football hemm xi ndħil biex jieħu l-proġett tal-isport u jagħmlu kummerċjali? Dwar il-pool tal-Kottonera David Agius qal li dan mhuwiex jiffunzjona meta dan sewa l-miljuni.
Hu semma’ l-Awtorità tal-Integrità tal-Isport u qal li jirriżulta li kien hemm persuna waħda li applikat għalkemm ma ntgħoġobx ta’ ġewwa u issa hemm persuna waħda minn barra.
David Agius tkellem dwar il-volontarjat u qal li qed janalizza dan is-settur biex il-PN ikompli jsaħħaħ il-proposti tiegħu.
//= $special ?>