Ħamrun Spartans ……… 0
Lausanne Sport …………. 1
Ħamrun S: H.Bonello, R.Compri, V.Polito ,O.Bjelicic, R.Camenzuli, M.Ederson, Eder, A.Coric, M.Hadzi, S.Thioune, N.Koffi
Lausanne S: K.Letica, B.Soppy, K.Mouanga, B.Okoh, M.Poaly, G.Sigua, J.Roche, O.Custodio, N.Butler-Oyedeji, T.Bair, G.Diakite
Referee: H.Nalbandyan
Assistenti Referees: M.Ghazaryan, A.Sevgulyan
Fl-Istadium Nazzjonali Malti Ħamrun Spartans kisbu l-istorja għall-futbol Malti meta saru l-ewwel tim li lagħbu partita ta’ fażi ta’ gruppi ta’ kompetizzjoni Ewropea meta laqgħu lil Lausanne Sport. Minkejja l-prestazzjoni mill-aqwa minn Ħamrun f’din il-partita storika huma sfaw megħluba bl-iskor ta’ 1-0.
Fis-17-il minuta l-ewwel azzjoni perikoluża minn Ħamrun meta kien Serigne Thioune li qata’ lid-difiża ta’ Lausanne sab ruħu wiċċ imb’wiċċ mal-goalkeeper iżda l-konklużjoni tiegħu kienet salvata, bir-referee jaġġudika l-azzjoni għall-offside.
Ċans tad-deheb ieħor għal N’Dri Koffie din id-darba fl-34 minuta meta minn azzjoni mil-lemin mill- finta ta’ Hadzi, Koffie kkonkluda iżda l-goalkeeper salva tajjeb. Minkejja dan kienu Lausanne li fetħu l-iskor meta minn pożizzjoni angolata kien Gaoussou Diakite li b’xutt fil-baxx għeleb lil Henry Bonello għal 1-0.
Fit-68 minuta azzjoni oħra perikoluża minn Ħamrun u viċin li jiksbu d-draw meta Rafael Compri għadda tajjeb mil-linja leminijia, bi cross preċiż sab lil Koffie li ra d-daqqa ta’ ras tiegħu tgħaddi barra.
Minkejja l-isforzi ta’ Ħamrun Spartans, Lausanne iddefendew tajjeb u rnexxielhom joħorġu bit-tliet punti, li jħalli lil Ħamrun mingħajr punti hekk kif intlagħbu żewġ partiti mill-UEFA Conference League.
//= $special ?>

