Sport

Il-Plejer tas-Sena tal-hockey għall-istaġun 2024/25

Il-plejer ta’ Qormi Daikin Luke Bajada intgħażel bħala l-Plejer tas-Sena tal-hockey għall-istaġun 2024/25. Luke Bajada, li għandu 20 sena, spikka fl-istaġun li għadda hekk kif għen lit-tim tiegħu jirbaħ kull kompetizzjoni fil-kalendarju tal-hockey lokali inkluż ir-rebħ tal-kampjonat. Hu skorja diversi gowls sabiex wassal lit-tim lejn is-suċċessi finali. Bajada kien ukoll fundamentali sabiex Qormi Daikin rebħu l-EuroHockey Club Challenge Diviżjoni 3 li sar f’Oslo in-Norveġja.

Bajada ilu membru mat-tim ta’ Qormi Daikin sa minn meta kien ta’ età żgħira u hu membru attiv fit-tim nazzjonali Malti tal-Hockey.

Il-President tal-Malta Hockey Association David Agius ippreżenta l-unur ta’ Plejer tas-Sena 2024-25 lill-istess Luke Bajada.