Qed tiġi mfissra bħala żjara storika fil-Vatikan dik tar-Re tar-Renju Unit, li se jkun qed jitlob mal-Papa fil-Vatikan – xi ħaġa li ilha ma tiġri kważi 500 sena.
Il-Kap tal-monarkija Ingliża se jiltaqa’ mal-Papa Ljun dalgħodu. Ir-Re Charles wasal Ruma lbieraħ filgħaxija.
Ir-Re Charles jinsab akkumpanjat minn martu Camilla.
Il-koppja Rjali se tkun qed tingħaqad għal mument ta’ talb mal-Papa fil-kappella Sistina. U wara, se jżuru l-knsija ta’ San Paulo fuori le mura.
Il-kapitali Taljana tinsab f’sigurtà massima minħabba din iż-żjara ta’ profil għoli.
//= $special ?>