L-Eks Chief of Staff ta’ Muscat, Keith Schembri – li llum qed jagħti l-pariri lil Robert Abela – jinsab konvint li l-Labour se jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Keith Schembri qal dan f’intervista li xxandret online, fejn iddikjara li l-Partit Laburista se jkun qed jirbaħ l-elezzjoni bi 30,000 vot.
F’din il-podcast, Keith Schembri reġa’ tkellem dwar il-passat politiku tiegħu fejn wera biċ-ċar li qed jaħdem mill-ġdid fil-qalba tal-Labour. U aktar minn hekk, qed jgħin lill-Prim Ministru Robert Abela.
Fl-intervista – u b’erba’ karti f’idu mimlija noti – Schembri qal li issa qed iħares biss ‘il quddiem u għadu jogħġbu n-negozju.
Hu żvela li qed jgħin lil xi deputati tal-Labour, iżda ma qalx lil min.
Keith Schembri insista li Robert Abela m’għandux għalfejn jibża’ mill-Kap tal-PN. Dan filwaqt li stqarr kif sal-lum għad hemm nies li jduru fuqu biex jingħataw job mal-Gvern.
//= $special ?>