Sport

Kimi Bugeja rebbieħ tal-kategorija tiegħu tal-Karting

Il-Kampjonat Regjonali tal-Karting fi Sqallija, intemm bl-aħħar tiġrija valida għal Kamjonat u saret fiċ-ċirkwit ta’ Triscna fejn KIMI BUGEJA kien dikjarat rebbieħ tal-kategorija tiegħu tal-Gr3 Taħt l-10 snin fejn temm fl-ewwel post fil-kwalifiċi pre-finali u spiċċa fit-tieni post.

Fil-finali rebaħ it- tiġrija iżda minħabba penalità li kellu temm fir-4 post. Fl istess kategorija kien hemm Yan Camilleri li temm fis-6 post, filwaqt li fit- 8 post temm Julian Wayne Vella. Cody Darmanin temm fil-11-il post qabel Zara Vella Gauci filwaqt li fis-17-il post temm Gigi Muscat.  Andrei Fenech kellu incident u ma setax jikkompeti.

Fil kategorija KZN Rookie Claude Brincat temm fit-8 post wara incident li kellu biex jikseb il-podium. Fil kategorija KZ2 Trevor Muscat ma ħax sehem fl aħħar tellieqa minħabba problemi teknici li kellu. Morgan Zammit Azzopardi kellu prestazzjoni tajba fil-kategorija OKN Junior. Huwa rebah it-tellieqa iżda temm fid-9 post minħabba penali li kellu.