Ftit mumenti wara li Net News eklussivament ħareġ l-aħbar li Fluer Abela se tkun qed tiħu l-irwol ta’ Alison Bezzina dan ġie konfermat mil-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali fi stqarrija maħruġa fis-19:46. Net News żvela din l-aħbar fis-19:17.
Fi stqarrija ġie kkonfermat li Fleur Abela se tinħatar Kummissarju għat-Trattament Xieraq tal-Annimali. Il-Kummissarju għandu l-għan li jippromwovi u jħares il-benesseri tal-annimali kif ukoll jissalvagwardja d-drittijiet u l-ħarsien tal-annimali f’Malta u Għawdex.
Fleur Abela gradwat fil-liġi mill-Università ta’ Malta fl-2018, u kompliet bl-istudji tagħha fi Queen Mary University of London. Tipprattika fil-liġi ċivili, drittijiet umani u drittijiet tal-familja, u ħadmet fuq proġetti legali relatati ma’ tfal u annimali.
Fl-istqarrija l-Ministeru rringrazzja lil Alison Bezzina tas-servizz tagħha tul il-perjodu li jkopri kuntratt li jiskadi fil-jiem li ġejjin. Jirringrazzjaha tad-dedikazzjoni u l-ħidma tagħha għall-ġid tal-annimali. Dan filwaqt li ma ta l-ebda raġuni għalfejn il-kuntratt ta’ Alison Bezzina ma ġiex imġedded.
//= $special ?>