Din is-sena l-Festival taċ-Ċikkulata fil-Ħamrun se jkun qed ifakkar il-15-il edizzjoni tiegħu.
Matul dawn is-snin kienu bosta dawk li attendew fejn apparti l-opportunià li jitgawdew togħmiet varji, wieħed dejjem seta’ jammira x-xogħol artistiku fl-istrutturi taċ-ċikkulata. Fosthom insemmu lil Johnny Walker, Titanic, Beauty and Beast, Russle Crowe u l-aħħar wieħed Gianluigi Buffon. Din is-sena għal darba oħra l-organizzaturi, l-Kunsill Lokali Ħamrun, se jkunu qed joffru esperjenza unika fit-triq prinċipali tal-Ħamrun u fit-toroq tal-madwar.
Wara li fil-ġurnata proprja din l-attività kellha tiġi posposta, din is-sena l-festival taċ-ċikkulata se jmur pass ‘il quddiem peress li se jkun qed isir nhar il-Ħadd 26 ta’ Ottubru, bejn l-10.30am u s-6pm. Bla dubju din l-attività se tinżel tajjeb ma’ kulħadd, fejn se jkun hemm l-opportunità li titgawda din it-triq prinċipali anke il-Ħadd filgħodu.
Hekk kif kien imwiegħed, din is-sena se jkun hemm xejn anqas minn żewġ strutturi taċ-ċikkulata fejn grazzi għalihom se nkunu qed nidħlu fid-dinja ċinematografika ta’ Malta. Tajjeb li ngħidu li istrutturi se juru l-artisti prinċipali ta’ Jurassic World Rebirth u kif ukoll minn Assassin’s Creed. Għal sena oħra ċ-ċikkulatier lokali Tiziano Cassar se jkun qed jaħdem fuq waħda min dawn l-istrutturi li se tkun esibita biswit Triq Dun Nerik Cordina Peres.
Apparti dan, bi pjaċir se jkollna magħna lil Chris Zammit ċikkulatier magħruf internazzjonalment fejn
dan se jkun qed jaħdem fuq karattru mill-Assessin Creed li se tkun stazjonata ftit ‘il fuq mill-knisja ta’ San Gejtanu.
Din l-edizzjoni se tkompli tibni fuq it-tant tajjeb li sar fis-snin li għaddew, fejn ovvjament mhux se jonqsu affarijiet innovittivi fosthom birra taċ-ċikkulata, ċikkulata b’togħmit tipiċi maltin bħal tal-murmurat, imqaret u l-kafè ta’ Vassalli. Ma jonqosx ukoll ċikkulata Franċiża mingħajr glutina, ċikkulata lokali u internazzjonali, u ħafna u ħafna aktar.
Matul dan il-festival bħal dejjem Kunsill Lokali Ħamrun se jkun qed jinvolvi mill-aktar mod dirett lill-għaqdiet kollha tal-lokal biex b’hekk ikun hemm l-element tal-lokal u tradizzjonali inkluż fosthom il-baned. Ma jonqosx żgur id-divertiment bi tlett palkijiet mifruxa mat-triq b’divertiment vast għal gosti ta’ kulħadd.
It-tfal se jkollhom żona addattatau esklussiva għalihom, u kif ukoll diversi stand ta’ artiġjanat Malti.
Għal din l-okkażjoni se jkunu miftuħin xejn anqas minn tlett skejjel għall-parkeġġ bla ħlas. Il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassallo (ex Maria Assunta) Triq Joseph Abela Scolaro, l-Kulleġġ San Ġorġ Preca (ex Liceo) Triq Wenzu Mallia, u l-Kulleġġ San Ġorġ Preca (ex Maria Reġina), Triq Schembri. Dawn se jkunu
miftuħin mill-10.30am sas-6pm.
Kunsill Lokali Ħamrun jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha li se jkunu qed jipparteċipaw f’din l-attività, u għal dawk li taw is-sostenn tagħhom.
//= $special ?>

