Żagħżugħa ta’ 28 sena residenti Ħaż-Żabbar, spiċċat l-isptar wara li kellha inċident bil-mutur aktar kmieni dalgħodu.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 11:40 am, fi Triq il-Marina, f’Tal-Pietà.
Mill-informazzjoni li tat il-Pulizija lil Net News, irriżulta li l-mara kienet qed issuq mutur tal-għamla Honda, u għal xi raġuni baqgħet dieħla fil-barrikati wara li skidjat.
Fil-post waslet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei.
Il-kundizzjoni tagħha għadha pendenti.
//= $special ?>

