Angelo Micallef
“Parliament will this evening debate a private member’s motion to “condemn the Opposition” for attempting to “undermine the government of the day”.
Were it not for real, this motion, put forward by Labour Whip Naomi Cachia on behalf of the Labour parliamentary group, is a leaf out of a dystopian novel.
The whole idea of putting forward such a motion smacks heavily of authoritarianism. It shows a government attempting to stifle its political opponents through a motion of censure. And if that is not a sign of panic, we don’t know what is.”
Dan il-kliem iebes fil-konfront tal-mozzjoni tal-Gvern imressqa mill-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista Naomi Cachia ma ġiex imlissen minn xi kelliem tal-Partit Nazzjonalista jew mill-editur tal-ġurnal In-Nazzjon. Dan il-kliem iebes u ċar ġie mlissen mill-editorjal tal-bieraħ tal-Malta Today, ġurnal li jekk tista’ tixlih b’kollox żgur ma tistax tixlih li għandu xi aġenda biex jagħmel pjaċiri lill-Partit Nazzjonalista.
L-istess editorjal kompla billi stqarr, “The Labour motion may be procedurally acceptable but it clearly infringes the rights of the minority in parliament. Tonight’s debate is nothing more than a puerile attempt to gag the Opposition, something we would expect from Hungary’s Viktor Orban and not a political party that hails from the European family of socialist parties.
Indeed, the Labour motion reveals a lot about the state of panic that has gripped the party of late. It is trying to clutch at straws in its attempt to belittle the Opposition and other critical voices. The insecurity is palpable and yet, tonight we will see government MPs more focussed on accusing the Opposition of causing instability, ranting about the changes done, ignoring the Caruana Galizia murder and speaking very little, if at all, on the important reforms that still need to be done.”
Gvern b’dahru mal-ħajt
Huwa ċar li l-Partit Laburista jinstab f’paniku assolut u qed iħossu dahru mal-ħajt. U kif jiġri meta xi ħadd iħossu dahru mal-ħajt qed jinfexx f’politika aggressiva ta’ negattività assoluta. Il-Ħadd li għadda anke The Malta Independent on Sunday innotat dan il-punt meta stqarret, “If Labour truly believes in its record, it should have the confidence to focus on governance rather than attacking the new Opposition Leader. And if Alex Borg wishes to turn the tide, he must remain calm under pressure, choose his battles wisely, and let Labour’s obsession become its own indictment.
Six weeks in, Malta’s political scene already feels more dynamic Il-Partit Laburista jinstab f’paniku u bħal donnu lest jasal għal kollox biex isalva ġildu! – and more divided – than it has in years. But one truth is becoming clearer with each passing day: the more Labour tries to demean Alex Borg, the more it reveals its fear that he might just be taken seriously.”
L-aħħar prova tal-paniku li ħakimhom
L-aħħar prova ta’ kemm tassew il-paniku issa ħakem sew huwa dak li seħħ ilbieraħ. Mozzjoni ta’ ċensura fil-konfront tal-Oppożizzjoni minn gvern li jgawdi maġġoranza komda fil-Parlament f’eżerċizzju li ma kellu qatt dubju mill-bidu nett tiegħu u li kien intiż biss bħala show of force.
Gvern li kull darba li jsib ruħu dahru mal-ħajt jerġa’ jibda wkoll bis-soltu kantaliena dwar kif il-Partit Nazzjonalista qiegħed jattakka lil Malta u dwar kif allaħares ma jkunx il-Partit Laburista għal Malta. Is-soltu kantaliena fejn bħal donnu kull kritika lejn il-gvern tal-ġurnata hija xi att ta’ tradiment nazzjonali u fejn bħal donnu f’pajjiżna kulħadd obbligat li jkanta l-glorja lill-Gvern.
Ir-realtà hi li l-Partit Laburista qiegħed jibża’ minn Partit Nazzjonalista magħqud, enerġetiku u determinat. Partit Nazzjonalista taħt it-tmexxija ta’ Alex Borg li huwa qrib in-nies u qiegħed jibni politika pożittiva u ta’ għaqda. Partit Nazzjonalista li qiegħed juża l-enerġija tiegħu fuq ħidma għall-ġid nazzjonali u mhux għal kalkoli partiġjani.
Il-Partit Laburista jinstab f’paniku u bħal donnu lest jasal għal kollox biex isalva ġildu!
Dan l-artiklu deher f’In-Nazzjon tal-Ħamis 23 ta’ Ottubru, 2025.
//= $special ?>