Lokali

Rachel Montebello u Simone Grech magħżula bħala Imħallfin

Rachel Montebello u Simone Grech se jibdew iservu bħala Imħallfin fil-Qorti.

Dan filwaqt li l-Avukati Franco Agius u Ingird Bianco se jinħatru maġistrati.

Din l-għażla saret mill-President ta’ Malta Miriam Spiteri Debono fuq rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Kumitat dwar Ħatriet tal-Ġudikatura.

L-għażla saret wara li fil-5 ta’ Awwissu inħarġet sejħa pubblika għall-ħatra ta’ żewġ maġistrati ġodda, u żewġ imħallfin – li l-applikazzjonijiet għalihom kienu jagħlqu fis-26 ta’ Awwissu. B’kollox daħlu 17-il espressjoni ta’ interess għall-ħatra ta’ żewġ imħallfin.

Il-President ferħet lill-Ġudikanti Mħallfin ġodda u rringrazjat lill-membri tal-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura għax-xogħol metikoluż li wettqu.