Raġel mill-Ghana, li għandu 36 sena sofra ġrieħi gravi waqt li kien qed jaħdem bi grinder.
L-inċident seħħ il-Ħamis għall-ħabta tad- tad-09:15 ta’ filgħoduf’sit ta’ kostruzzjoni f’Daħlet Pawluzzu, San Lawrenz.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel kien sofra xi ġrieħi.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex
b’ambulanza. Aktar tard huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.