Nhar it-Tnejn li ġej, il-Gvern se jkun qed jippreżenta dak li hu stess iddeskriva bħala “l-aqwa Budget”. Dan hekk kif fil-Parlament, fis-6:30pm, il-Ministru Clyde Caruana jwassal l-preżentazzjoni tiegħu.
It-titlu tal-Budget idur mal-frażi ‘futur għal uliedna’ – b’qoxra sabiħa li turi ritratt ta’ familja bit-tfal.
Il-Gvern diġa’ ħabbar li ż-żieda għall-għoli tal-ħajja se tkun inqas minn €5. Dan filwaqt illi kollox qed jindika – almenu minn dak li qal Clyde Caruana – li l-COLA se tibqa’ tiġi intaxxata.
Għal dan il-Budget, hemm stennija kbira sabiex il-Gvern jindirizza l-aktar temi li qed jinkwetaw lin-nies bħalissa, bħat-traffiku u l-għoli tal-ħajja. Dan filwaqt li huwa mistenni investiment qawwi fil-ħaddiema, u anke f’Għawdex.
Intant, il-Budget se jkun qed jitwassal LIVE fuq Net TV nhar it-Tnejn li ġej, b’analiżi ta’ diversi mistenin fl-istudios u kollegamenti mal-Parlament.
Din ix-xandira se tibda fil-5:30pm, u tibqa’ sejra sa tard bil-lejl.
//= $special ?>