It-tensjoni politika fis-Serbja qed tkompli tinħass u fejn il-President Serb, Aleksandar Vučić, fl-aħħar sigħat, ikkundanna sparatura li seħħet quddiem il-bini tal-Parlament f’Belgrad …Azzjoni li Vučić alluda għaliha bħala waħda terroristika.
F’din l-azzjoni weġġgħet talanqas persuna, bil-pulizija tarresta raġel ta’ 70 sena li spara fid-direzzjoni tat-tined li s-sostenituri ta’ Vucic kienu tellgħu quddiem il-Parlament fi-ċentru tal-kapitali. Dan ukoll wara li l-istess raġel kien ta n-nar lill-uħud mit-tined fl-inħawi.
Il-kamp tat-tined ittella’ mis-sostenituri tal-President b’reazzjoni għall-aħħar attivitajiet mill-istudenti li ilhom kważi sena jmexxu l-protesti kontra l-Gvern f’Belgrad. Intant, Vučić, waqt konferenza tal-aħbarijiet, qal li r-raġel arrestat kien uża l-arma biex jikkawża periklu ċar għall-pubbliku u li azzjoni , bla dubju, kienet motivata minn skop politiku.
Dan meta, bħalissa, qed jiċċirkulaw il-filmati tal-inċident u tal-allegat aggressur waqt li hu qed jgħid li ‘xtaq li jinqatel mill-pulizija’. L-istess suspettat qal li wettaq l-azzjoni għaliex kienu qed idejquh it-tined fiċ-ċentru ta’ Belgrad.
//= $special ?>