Lokali Parlament

187 minn 284 taħt arrest fil-Ħabs huma barrranin

Fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kien hemm 284 taħt arrest, b’187 huma persuna ta’ nazzjonalità barranija. Dan it-total ta’ persuni kienu sal-14 ta’ Ottubru li għadda.

Dwar kemm qed jinżammu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin persuni taħt arrest tkellem fil-Parlamet Byron Camilleri, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol; meta kien qed iwieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.