Lokali Parlament

437 tifel u tifla f’Out-of-Home Care

In-numru ta’ tfal f’Out-of-Home Care jammonta għal 437 tifel u tifla.  Dawn huma tfal li, għal diversi raġinijiet ma jkunux jistgħu joqogħdu mal-ġenituri tagħhom’

238 minn dawn it-tfal huma jinsabu f’Foster Care; 62 jinsabu fi djar residenzjali tal-Fondazzjoni; 116 jinsabu fi djar ta’ għaqdiet mhux governattivi (NGOs); persuna waħda  tinsab fil-Faċilità tal-COORS; 18 jinsabu fi djar immexxija mis-settur privat; u żewġ persuni jinsabu għall-kura f’faċilità medika tal-Istat.

Dwar l-Out-of-Home Care tkellem fil-Parlament Michael Falzon, meta wieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Atard Previ.