“L-ebda gidba vvintata mill-One m’hu se twaqqafni mill-wegħda li nibqa’ nagħti appoġġ u ħidma sħiħa lill-Partit Nazzjonalista u lill-Kap tal-PN Alex Borg”
Hekk iddikjara fuq il-media soċjali l-eks Kap tal-PN Bernard Grech, wara li One News xandar fake news oħra – frott il-paniku li ħakem lill-Partit Laburista fl-aħħar ġimgħat.
Il-media tal-Partit Laburista kienet ordnata biex tivvinta storja dwar il-vot li ttieħed din il-ġimgħa fil-Parlament. U waslet biex ivvintat dik li Bernard Grech sejħilha bħala “gidba”.
“Jien fl-ebda ħin ma tlabt li nitkellem f’dan id-dibattitu. Kulħadd jista’ jinqalgħalu raġuni personali u jkollu jitlaq. Iktar ma tivvintaw u tigdbu iktar issaħħu l-ħidma tagħna”, stqarr Bernard Grech fuq Facebook.
//= $special ?>

