L-għaqda Malta Martime Forum qed tiċċelebra l-10 anniversarju mit-twaqqif tagħha, fejn f’din is-serata attendew numru ta’ membri u stakeholders sabiex jimmarkaw l-10 snin ta’ progress u kollaborazzjoni mal-industrija marittima f’Malta.
Jindirizzaw din is-serata fis-sala Magazino Hall kien hemm iċ-Chairman Godwin Xerri li faħħar il-ħidma tal-membri li waqqfu din l-għaqda.
Hu wkoll iddeskriva dan il-forum bħala għaqda ffurmata mill-komunità marittima għal komunità marittima, fejn tenna l-kisbiet tal-għaqda sabiex issaħħaħ dan is-settur fid-dawl ta’ żvilupp regolatarju u inċertezzi geopolitiċi.
Madankollu, hu tenna kif għandna nħarsu ‘l quddiem billi jkun hemm importanza fuq l-istrategija fuq in-National Maritime Transport.
Preżenti għal din l-attività kien hemm preżenti x-Shadow Minister għall-impjieg, is-settur Marittimu u l-avjazzjoni Ivan Castillo li faħħar il-ħidma ta’ dan il-forum talli qed tassigura vuċi kollettiva tal-industrija fl-interess nazzjonali.
Filwaqt li dan il-Forum qed jimmarka dan il-pass importanti, il-Forum qed jerġa’ jikkonferma l-impenn tagħha sabiex jirrappreżenta l-interessi kollettivi tal-industrija marittima ta’ Malta, u li jaħdem mill-qrib mal-awtoritajiet u stakeholders sabiex isaħħaħ l-irwol ta’ Malta bħala ċentru marittimu ta’ livell għoli fil-Mediterran u lil hinn minnha.
//= $special ?>
