Il-poplu fir-Repubblika tal-Irlanda qed jivvota għal President ġdid fi proċess li jagħlaq ftit qabel nofs il-lejl.
Il-kandidat rebbieħ għandha ssir l-għaxar President Irlandiż u fejn hi tkun qed tieħu post Michael D. Higgins bħala Kap tal-Istat.
Filwaqt li hemm żewġ sfidanti għall-kariga ta’ President, il-votanti, xorta waħda ngħataw għażla bejn tlett kandidati li huma Catherine Connolly, indipendenti; Heather Humphreys, tal-Partit Fine Gael u Jim Gavin li, fl-aħħar sigħat, irtira mit-tellieqa.
Dan meta d-deċiżjoni ta’ Gavin biex ma jikkuntestax għall-elezzjoni ttieħdet tard wisq biex ismu jitneħħa minn fuq id-dokument tal-vot – u bil-liġi tistipula li ismu jrid tibqa’ hemm xorta waħda.
Kelliema għall-Kummissjoni Elettorali indipendenti tal-Irlanda qalu, intant, li madwar 3.6 miljun ċittadin kienu eliġibbli biex jivvutaw għall-President Irlandiż.
L-għadd tal-voti mistenni li jibda s-Sibt u bil-konferma tal-kandidat rebbieħ titħabbar fil-Kastell ta’ Dublin.
Intant, Michael D Higgins, għandu jikkonkludi t-tieni mandat konsekuttiv tal-Presidenza, validu għal seba’ snin, fl-10 ta’ Novembru.
Il-President ġdid tal-Irlanda, imbagħad, tkun inawgurata l-għada stess, jiġifieri fil-11 ta’ Novembru.
//= $special ?>

