Lokali

“Irridu nħarsu b’viżjoni fit-tul lejn l-innovazzjoni”

“Irridu nħarsu b’viżjoni fit-tul fejn tidħol l-innovazzjoni.”

Hekk sostna d-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia meta l-Ġimgħa filgħodu attenda għall-konferenza b’rabta mas-settur tal-IT.

Matul id-diskors tiegħu, id-Deputat Nazzjonalista tenna fuq il-ħtieġa li ninvestu fl-innovazzjoni, awtomazzjoni u anke d-diġital… sabiex naraw li s-settur tal-IT ikun pillastru tal-ekonomija.

Barra minn hekk, hu tkellem fuq l-intelliġenza artifiċjali fejn saħaq li dan is-settur għandu jkun pilastru tal-ekonomija. U jeħtieġ aktar opportunijiet ta’ tagħlim f’dan is-settur.

Hu rreferra wkoll għal stħarriġ tal-EY, fejn wera kif hawn nuqqas ta’ talent fil-pajjiż. U saħaq kif għandu jkun hemm riforma fis-sistema tal-edukazzjoni sabiex tinkoraġġixxi aktar ħaddiema jersqu lejn dan is-settur.

Madankollu, hu tkellem ukoll fuq l-bżonn li jkun hemm aktar kollaborazzjoni bejn l-għaqdiet, esperti, akkademiċi u awtoritajiet sabiex inħarsu lejn dan is-settur fit-tul.

Hu għalaq id-diskors tiegħu billi tenna kif għadna bżonn inħarsu lejn is-settur tal-IT fuq il-bażi ta’ tkabbir, reżiljenza u opportunità.

Għal din il-konferenza, kien hemm preżenti numru ta’ professjonisti u esperti tal-IT minn kumpaniji internazzjonali.