Leeds United ikomplu jiksbu punti importanti fil-Premier League permezz tar-rebħa ta’ 2-1 fuq West Ham United, li minn naħa l-oħra wara 9 logħbiet jidher li se jkollhom staġun diffiċli ħafna hekk kif kisbbu biss 4 punti, u rebħu partita waħda biss, f’staġun fejn diġa kellhom tibdila fil-kowċ.
Il-gowls tal-partita waslu t-tnejn fl-ewwel kwarta, permezz ta’ Brenden Aaronson fis-7 minuta, u ta’ Joe Rodon wara kwarta logħob.
Fernandes jiskorja għal West Ham United lejn it-tmiem tal-partita.
//= $special ?>

