Internazzjonali

Merħba kbira lil Zelensky f’Londra… bir-Renju Unit juri mill-ġdid li hu l-akbar sostenitur tal-Ukrajna

F’Londra, fl-aħħar sigħat, saru taħditiet bejn il-Prim Ministru Britanniku, Keir Starmer u l-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky…Dan meta huma,, flimkien, iddiskutew l-aħħar żviluppi tal-gwerra fl-artijiet Ukreni.

Zelensky ingħata merħba kbira fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’Downing Street u liema merħba kienet messaġġ ċar lir-Russja li r-Renju Unit se jibqa’ fost l-aktar alleati li l-Ukrajna tista’ tiddependi fuqhom.

Qabel il-laqgħa ma’ Starmer, Zelensky iltaqa’ ukoll mar-Re Karlu tal-Ingilterra, u fejn ukoll ingħata merħba sabiħa fil-Kastell ta’ Windsor.

Starmer u Zelensky qed ikollhom kuntatti regolari ma’ pajjiżi Ewropej oħrajn magħrufin bħala ‘Coalition of the Willing’ …Dan ukoll meta mistenni li r-Renju Unit se jkompli jwettaq il-pressjoni fuq il-Mexxejja Ewropej ( speċjalment il-Ġermanja) biex jipprovdu lill-Ukreni bil-missili għal fuq distanzi twal.

Dan ukoll wara li l-qawwiet Ukreni attakkaw b’suċċess lil faċilità tal-kimika ewlenija fir-Russja u f’liema attakk intużaw il-missili tat-tip Storm Shadow li l-Britanniċi provdew lill-Armati ta’ Zelensky.

L-Ukrajna u r-Renju Unit, intant, jaqblu li aktar mal-Ukreni jingħataw l-armamenti għal fuq distanzi twal akbar se tkun il-possibbiltà li r-Rappreżentanti tar-Russja jirritornaw mal-mejda tan-negozjati biex jiddiskutu waqfien mill-ġlied potenzjali.