Lokali Parlament

M’hemmx diskussjonijiet mill-Gvern dwar monument iddedikat lil Daphne Caruana Galizia

M’hemmx diskussjonijiet għaddejjin dwar monument iddedikat lill-memorja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li kienet assassinata b’karozza bomba tmien snin ilu.

Dan ikkonfermah il-Prim Ministru Robert Abela fil-Parlament fi tweġiba li ta lid-Deputata Nazzjonalista Graziella Attard Previ li staqsiet lill-Prim Ministru jekk qattx ġew avviċinati l-familjari tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia biex jiddiskutu monument iddedikat għaliha.