Futbol Sport

Milan isalvaw draw kontra Pisa b’gowl fl-aħħar minuti

Ritratt: EPA

Pisa lagħbu l-aħjar partita tal-istaġun s’issa hekk kif irnexxielhom jiksbu punt kontra Milan, li bħalissa jokkuppaw l-ewwel post fil-klassifika b’17-il punt wara 8 partiti. Kien hemm mumenti fil-partita fejn Pisa saħansitra kienu fil-vantaġġ, madankollu Milan irnexxielhom jiskorjaw lejn it-tmien biex isalvaw punt għalihom.

Milan fetħu l-iskor wara 7 minuti permezz tat-talisman Rafael Leao mill-assist ta’ Ricci.

Fit-tieni taqsima Pisa ħarġu jattakkaw, kien Juan Cuadrado li kkonverta l-penalty tiegħu wara siegħa logħob biex illivela l-iskor, qabel M’Bala Nzola skorja fis-86 minuta, għal dak li ħafna ħasbu kien il-gowl tar-rebħa sorprendenti.

Madankollu, fit-93 minuta, Luka Modric joħloq azzjoni brillanti u jipprovdi assist lil Zachary Athekame li jiskorja l-gowl tad-draw, bl-iskor finali jkun 2-2.