Il-Ġimgħa waranofsinhar, il-ħaddiema u l-voluntieri tal-Partit Nazzjonalista u ta’ Net Media, ingħaqdu mal-bosta inizjattivi li qed isiru f’pajjiżna biex jitfakkar ‘Pink October’.

Kull sena, ix-xahar ta’ Ottubru ifakkarna fil-ħtieġa tal-prevenzjoni b’rabta mal-kanċer fis-sider. Kien għalhekk li l-ħaddiema tal-midja tal-Partit Nazzjonalista u tad-Dar Ċentrali ngħaqdu f’inizjattiva, li ħadet il-forma ta’ ikla għall-impjegati.
Id-donazzjonijiet li nġabru minn din l-attività se jmorru għall-Fondazzjoni Action for Breast Cancer u għal EuropaDonna.

Waqt din l-attività spikka l-kulur roża, li huwa sinonimu ma’ din il-kampanja.
Matul din l-attività, kien preżenti l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg akkumpanjat minn Sarah Bajada.
Preżenti għal din l-attività kien hemm ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello.



