Sport

Telfa għal Roma

Roma 1       Viktoria Plzen   2

Tliet minuti vitali għal Roma matul l-ewwel taqsima. Fl-20 minuta Martin Jedlicka lejn PRINCE KWABENA ADU li għeleb lil Mile Svilar. Ebda reazzjoni minn Roma li tloet minuti wara sofrew it-tieni gowl permezz ta’ CHEICK SOUARE’ minn azzjoni ta’ Sampson Dweh.  2 – 0 sa tmiem l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima b’Roma aktar fil-partita kien biss fl-54 minuta li naqqsu l-iskor permezz ta’ penalty mogħti u skorjat minn PAULO DYBALA.

Celtic   2     Sturm Graz   1

Wara biss 15-il minuta Sturm Graz mrru fil-vantaġġ wara li minn azzjoni ta’ Filip Rosga kien TOMI HORVAT li għeleb lil Kasper Schmeichel għall-uniku gowl matul l-ewwel taqsima.

Reazzjoni minn Celtic fit-tieni taqsima li fil-61 minuta kisbu l-gowl tad-draw. Minn pass ta’ Colby Donavan kien LIAM SCALES li għeleb lil Matteo Bignetti. Fl-64 minuta Celtic marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Arna Engels kien BENJAMIN NYGREN li għeleb lil Bignetti. 2 – 1 skor li biħ intemmet il-partita.

Nottingham Forest     2       Porto   0

B’gowl f’kull taqsima, b’żewġ penalties, Nottingham kisbu l-ewwel rebħa fil-kompetizzjoni filwaqt li Porto sfaw megħluba wara żewġ rebħiet konsekuttivi. Fid-19-il minuta Radu Marian Petrescu saffar l-ewwel penalty għal Nottingham Forest. MORGAN GIBBS WHITE għeleb lil Diogo Costa għal 1 – 0

Fit-tieni taqsima l-andament baqa’ l-istess l-aktar wara li fis-77 minuta kien IGOR JESUS li minn penalty ieħor mill-ġdid għeleb lil Costa u għalaq il-partita.

Go Ahead Eagles        2              Aston Villa  1

Riżultat pjuttost sorpriża minn Go Ahead Eagles tal-Olanda. Kienu Aston Villa li wara biss 4 minuti marru fil-vantaġġ wara li  EVAN GRUESSAND għeleb lil Jari de Busser. Fit-42 minuta kien MATTIAS SURAY li minn azzjoni ta’ Calvin Twigt għeleb lil Emiliano Martinez sabiex kiseb il-gowl tad-draw għal Go Ahead Eagles.

Fil-61 minuta pass ta’ Joris Kramer b’MATS DEIJI jegħleb lil Martinez biex Go Ahead Eagles marru fil-vantaġġ. Fid-79 minuta ċans tad-deheb għal Aston Villa li fallew penalty permezz ta’ Emiliano Buendia.