Il-President Amerikan ħabbar li ser ikun qiegħed ixolji n-negozjati kollha mal-Kanada wara li ħassu offiż b’riklam politiku kanadiż li jitkellem kontra t-tariffi imposti mill-Istati Uniti.
Intant f’dan ir-riklam li xxandar fuq l-istazzjonijiet u midja Kanadiża jidher l-ex President Repubblikan Ronald Reagan jitkellem kontra l-użu tat-tariffi, u kif dawn jinċitaw biss staġnar ekonomiku u pika bejn l-alleati.
Madankollu l-Fondazzjoni Ronald Reagan qalet li l-Gvern Kanadiż uża “filmat selettiv” tal-kummenti tal-ex President tal-Istati Uniti dwar it-tariffi.
Turija ċara kemm il-President Amerikan jidher li ma ħax pjaċir b’dan it-tip ta’ riklam, u f’post fuq il-midja soċjali ddikjara li ser ikun qiegħed jwaqqaf in-negozjati preżenti.
Donald Trump impona tariffa ta’ 35% fuq l-importazzjonijiet Kanadiżi, għalkemm ippermetta eżenzjonijiet għal oġġetti li jaqgħu taħt il-USMCA – ftehim ta’ kummerċ mal-Messiku u l-Kanada li Trump iffirma waqt l-ewwel terminu tiegħu bħala l-45 President tal-Istati Uniti.
Intant il-Gvern Kanadiż s’issa għadu ma rreaġixxix għall-aħħar stqarrija ta’ Trump.
//= $special ?>

