Lokali

Alex Borg preżenti fil-Maratona inklussiva tal-Waterpolo

”Id-diżabbilità mhux sfida iżda opportunità…hija xi ħaġa sabiħa mmens li qed jingħataw dawn l-opportunitajiet u għalekk irridu ngħinu kemm nistgħu”

Saħaq dan il-Kap tal-PN Alex Borg wara li kien preżenti fil-Pixxina tal-Waterpolo  tan-Neptunes hekk kif il-Waterpolo Ability Malta qed terġa’ torganizza maratona li tiċċelebra l-inklużjoni u l-isport sabiħ tal-Waterpolo.

Intant Alex Borg iltaqa’ ma’ bosta żgħażagħ bi sfidi ta’ diżabilità però xorta waħda ħeġġiġhom jibqgħu jieħdu sehem f’dawn l-avvenimenti sportivi. Hu tkellem ukoll dwar kif l-isport huwa arma li biha l-bniedem jista’ jimraħ u jkabbar il-potenzjal tiegħu.

F’kumment li ta lil Net News il-Kap tal-PN Alex Borg awgura lill-assoċazjoni li qed jibqgħu itellgħu maratoni bħal dawn, filwaqt li saħaq fuq l-importanza u s-sabiħ li l-isport jiġi emalgamat mal-prinċipji tal-ugwaljanza u l-inklużjoni.

F’din il-maratona jipparteċipaw bosta timijiet tal-Waterpolo, kemm nisa u kif ukoll irġiel, tfal żgħar u anke nies bi bżonnijiet speċjali.

Liema maratona sservi wkoll għal ġbir ta’ fondi għal għaqdiet volontarji li jieħdu ħsieb nies b’diżabillita, kif ukoll fondi għall-istess Għaqda sabiex tkompli torganizza maratoni inklussivi bħal dawn.

Preżenti kien hemm ukoll ix-Shadow Minister David Agius u x-Shadow Minister Graziella Galea