Sport Sport Ieħor

Attivitajiet u impenji tal-K.O.M fit-tielet programm ta’ SportExtra

Għada l-Ħadd 26 ta’ Ottubru fuq NET Television mill-5.00 pm ‘il quddiem jixxandar it-tielet programm SPORT EXTRA bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.

Programm li huwa ddedikat għall-aħħar attivitajiet li seħħew fi ħdan il-Kumitat Olimpiku Malti fosthom it-tnedija tal-Logħob tal-Commonwealth taż-Żgħażagh – Malta 2027 kif ukoll il-Forum tal-Kumitati Olimpiċi Ewropej u l-workshops tas-Solidarjetà Olimpika.

Mistieden principali JULIAN PACE BONELLO, President tal-KOM  b’ħarsa dwar l-impenji tal-2026 fosthom l-Olimijadi tax-Xitwa – Milano Cortina, il-Logħob tal-Commonwealth fi Glasgow, il-Logħob tal-Mediterran f’Taranto u l-Olimpijadi taż-żgħażagh f’Dakar.

Intervisiti wkoll ma’ Dr.DONALD RUKARE, President ta’ Commonwealth Sports u ma’ Dr. SPIROS CAPRALOS, President tal-Kumitati Olimpiċi Ewropej.

Fit-tieni parti intervista ma’ DAVID AZZOPARDI, Direttur tal-Akkademja Olimpika fi ħdan il-KOM

SPORT EXTRA għandu lil Oksana Fenech bħala responsabbli mill-muntaġġi u filmati minn Bernie Dimech u Ramon Farrugia.