Fil-21 ta’ Ottubru nfetaħ l-istaġun uffiċjali tal-NBA, tlett t’ijiem wara s-segwaċi tal-Basketball diġa jinsabu f’xokk kbir hekk kif sar l-ewwel skandlu kbir tal-istaġun.
L-eks stilla tal-NBA, li riċentament kien qed jokkupa l-kariga ta’ kowċ tal-Portland Trail Blazers, Chauncey Billups, jinsab taħt akkuża serja f’każ kumplikat ta’ logħob tal-azzard illegali u frodi li qed jinstema’ attwalment fl-Istati Uniti.
Skont l-awtorijiet Amerikani, Billups flimkien ma’ Damon Jones, eks plejer ieħor tal-NBA, kienu involuti f’ċirku tal-Poker riggat li għandu rabtiet serji ma’ bosta familji mafjużi f’New York, fosthom dawk magħrufa bħala Gambino u Lucchese.
Huwa magħruf li Jones u Billups użaw teknoloġija sofistikata biex iqarqu bil-logħpb, fosthom maġni tat-taħlit tal-karti manipolati, sistemi ta’ x-rays u anke nuċċalijiet li jiddentifikaw il-karti mmarkati.
Skont rapport fil-midja Amerikana, wieħed mill-parteċipanti li waqgħa vittma tat-tixħim ta’ dawn iż-żewġ eks plejers, tilef aktar minn $1.8 miljun f’logħba waħda biss.
L-investigazzjoni turi li l-iskema bdiet lrua f’ April tal-2019, u baqgħet sejra għal diversi snin. L-akkużi jinkludu konfoffa ta’ frodi permezz ta’ komunikazzjonijiet elettrnoci u ħasil ta’ flus. Reati bħal dawn jafu jwasslu għal snin twal ta’ ħabs, f’każ li jinstab ħati.
Il-Portland Trail Blazers ħabbru li Billups ġie sospiż immedjatament sakemm jitħejja l-proċess ġudizzjarju. L-NBA, permezz tal-Kummissarju tagħha Adam Silver, qalet li hija “profondament imħassba” dwar is-sitwazzjoni u li se tikkopera kompletament mal-awtoritajiet federali.
Fl-istess waqt, il-plejer ta’ Miami Heat, Terry Rozier ġie arrestat mill-FBI bħala parti mill-istess investigazzjoni federali dwar l-imħatri illegali u frodi sportiva.
Skont l-ewwel indikazzjonijiet tal-midja Amerikana, Rozier kien jaf bil-frodi li Billups u Jones kienu involuti fih, u anke kien involut f’xi logħob huwa nnifsu.
Wieħed mill-każijiet li qed jiġi investigat huwa logħba li seħħet f’Marzu tal-2023, meta Rozier kien jilgħab mal-Charlotte Hornets. Dakinhar, hu ħalla l-logħba kmieni minħabba li deher muġuh.
//= $special ?>

