Jihder li fil-qalba tal-Partit Laburista hemm nuqqas ta’ qbil dwar il-proġett tat-trasport tal-massa. Dan wara li l-Prim Ministru Robert Abela – wara snin fil-muta dwar dan il-proġett – reġa’ beda jsemmi dan il-proġett, u d-diskussjonijiet li qed isiru mad-ditta ARUP.
Minn naħa tiegħu, il-Ministru Clyde Caruana esprima xettiċiżmu dwar dan il-proġett. Filwaqt li Robert Abela qed jgħid li se jmur għalih.
Kien għalhekk li Net News staqsa lil numru ta’ delegati Laburisti dwar x’jaħsbu rigward dan il-proġett.
Fejn anke hawnhekk, deher evidenti in-nuqqas ta’ qbil, b’uħud jgħidu li jaqblu mal-Prim Ministru u oħrajn għażlu li ma jikkumentawx.
U waqt li l-Gvern għadu bla pożizzjoni ċara, il-PN qed jinsisti li l-pajjiż għandu jkollu pjan u direzzjoni fejn tidħol l-infrastruttura marbuta mat-trasport tal-massa. Dan sabiex tibda tiġi ndirizzata l-kriżi tat-traffiku li qed taffetwa kuljum lil eluf ta’ ħaddiema u familji.
//= $special ?>

