Għada tintlagħab il-262 El Classico fl-istorja bejn Real Madrid u Barcelona, bil-partita tibda fl-4:15 fl-Estadio Santiago Bernabue.
F’dawn il-262 partita, il-Los Blancos rebħu 105 partita, filwaqt li Barcelona rebħu 104 partita, u 52 partita spiċċaw fi draw. Dan ifisser li jekk Barcelona jirnexxielhom jieħdu t-tlett punti illum , jiġu livell mal-avversarji eterni tagħhom f’rebħiet f’dan il-konfront.
Nota oħra hija li Real Madrid skorjaw 440 gowl f’262 partita, li jfisser li skorjaw medja ta’ 1.69 gowls kull partita, filwaqt li Barcelona skorjaw 435, li tiġi medja ta’ 1.66 gowls.
L-istatistika turi li dan il-konfront minn dejjem kien wieħed bilanċjat u kompettitiv.Fl-aħħar ħames konfronti, Barcelona ħarġu rebbieħa 4 darbiet, bl-iktar waħda riċenti tkun lura fil-11 ta’ Mejju fl-2025, fejn dakinhar Barcelona rebħu bl-iskor ta’ 4-3.
Ġimgħatejn qabel, Barcelona u Real Madrid lagħbu fil-finali tal-Copa del Rey, fejn anke dakinhar it-tim immexxi minn Hansi Flick ħareġ rebbieħ fil-ħin addizjonali u ħadu l-unur lura magħhom.
Numru ta’ plejers se jkunu barra għal dan il-konfront, fossthom Carvaja;, Alaba, Ceballos, Alexander-Arnold, Rudiger u Asensio għal Madrid, filwaqt li Kounde, Lewandowski, Olma, Garcia, Raphinia, Gavi u Ter-Stegen se jkunu barra għal Barcelona.


