Internazzjonali

F’Gaza: Tal-inqas 15,000 pazjent jeħtieġu kura urġenti

Għexieren ta’ tfal f’Gaża qed imutu filwaqt li jistennew li Iżrael jippermetti, li dawn it-tfal jiġu evakwatti biex jingħataw attenzjoni medika.

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, WHO, qalet li madwar 15,000 pazjent, għandhom bżonn jitilqu b’mod immedjat minn Gaza għall-kura. Dan minħabba l-fatt li wara sentejn ta’ gwerra kontinwa, l-isptarijiet għadhom f’kundizzjoni kritika.

Mill-10 t’Ottubru Il-WHO irnexxielha tevakwa biss 41 pazjent, filwaqt li eluf għadhom maqbuda.


Hekk kif qed jgħaddu aktar ġranet qed ikomplu jintilfu aktar ħajjiet bit-tabib, Ahmed al-Farra mill-Isptar Nasser, itenni kif huwa l-agħar sentiment li wieħed ikun jaf kif isalva ħajja u ma jkunx jista’.