“Illum il-ġurnata ħloqna tal-linja fuq il-baħar.”
Dan ġie ddikjarat mill-backbencher tal-Labour Alex Muscat waqt dibattitu mal-Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista David Agius, fejn għażel li jiddeskrivi s-servizz tal-ferries bħala “tal-linja fuq il-baħar”, minflok ma wieġeb direttament il-punti li qajjem David Agius dwar il-problema tat-traffiku u n-nuqqas ta’ investiment serju fit-trasport tal-massa.
Fil-programm fuq is-Super One, David Agius insista li Malta teħtieġ pjan fit-tul għal trasport pubbliku modern u sostenibbli.
Dan sabiex jiġu indirizzati l-isfidi kbar li l-poplu qed isib ma’ wiċċu ta’ kuljum. U fakkar kif il-Kap tal-PN Alex Borg diġa indirizza din it-tema billi appella lill-Prim Ministru Robert Abela għal diskussjoni .. bl-għan li jaslu għal ftehim għal ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.
Il-kriżi tat-traffiku hja problema li qed tolqot lil kulħadd; bil-konsegwenza qed tħalli impatt negativ ukoll fuq il-produttività u fuq l-ekonomija ta’ pajjiżna… Dan kollu minħabba n-nuqqas ta’ investiment fit-trasport pubbliku tal-massa.
Ħafna jemmnu li l-Gvern jinsab distakkat mir-realtà tal-poplu; tant li sa sena ilu l-MEP Daniel Attard kien qal li jrid jara studju biex jemmen kemm tassew żdied it-traffiku f’pajjiżna.
//= $special ?>

