Hadush Kebatu, Etjopjan, li jinsab ħati b’rabta ma’ reat sesswali, qed jiġi mfittex wara li nħeles bi żball mill-ħabs, HMP Chelmsford, f’Londra l-Ġimgħa.
L-imigrant, kien qed jiskonta sentenza ta’ sena talli attakka sesswalment mara u tifla ta’ 14-il sena f’Epping, Essex – ġimgħat biss wara li wasal fir-Renju Unit fuq dgħajsa f’Lulju.
Il-Pulizija ta’ Essex ikkonfermat li l-Ġimgħa, Kebatu qabad ferrovija lejn Londra mill-Istazzjon ta’ Chelmsford fis-siegħa neeqsin għoxrin ta’ wara nofsinhar, bl-aħħar waqfa magħrufa tkun f’London Liverpool Street Station.
Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Keir Starmer, sejjaħ dan l-iżball bħala totalment inaċċettabbli. Dan filwaqt li wiegħed li ladarba Kebatu jinqabad se jiġi deportat.
Min-naħa tiegħu, Is-Segretarju tal-Ġustizzja, David Lammy esprima l-frustrazzjoni tiegħu u ordna investigazzjoni sħiħa dwar kif id-dinamika ta’ kif seħħ dan l-iżball.
B’rabta ma’ dan il-każ, is-servizz tal-ħabs issospenda uffiċjal wieħed u nieda inkjesta interna.
Uffiċjali mill-Pulizija ta’ Essex, il-Pulizija Metropolitana, u l-Pulizija tat-Trasport Ingliża qed jikkoordinaw l-isforzi biex jinstab.
//= $special ?>

