Lokali

In-nies qed jistennew budget li jgħin b’saħħa lill-familji

Hemm aspettattiva kbira min-nies għall-Budget li se jitressaq it-Tnejn – b’ħafna ħaddiema, familji u anzjani jemmnu li l-Gvern irid tassew jagħti għajnuna, u mhux jieqaf mal-islogans.

Fil-Belt, numru kbir ta’ persuni qalulna li għalihom, il-Budget li jmiss għandu jkun wieħed li mill-kliem imur għall-fatti. U l-Maltin jistennew miżuri konkreti.

L-aktar sfidi li qed jaffetwaw lin-nies bħalissa huma t-traffiku u l-għoli tal-ħajja. U żgur li l-Budget għandu jindirizza immedjatament dawn il-problemi kbar li niffaċjaw ta’ kuljum.

Il-Ministru Clyde Caruana, diġa’ ħabbar li l-COLA se tkun inqas minn €5.

Il-Budget se jitressaq nhar it-Tnejn fil-Parlament mill-Ministru tal-Finanzi.

Dakinhar, Net Television se jwassal programm speċjali, li jibda fil-5:30pm u jibqa’ sejjer sa tard bil-lejl b’analiżi, intervisti u kollegamenti mal-ġurnalisti tagħna fil-Belt Valletta.