Net News jista’ jikkonferma li l-Prim Ministru Robert Abela ser ikompli għaddej romblu bil-liġijiet tal-ippjanar.
Hekk kif dan l-istazzjon irċieva bosta leaks oħrajn, din id-darba mill-qalba interna tal-Labour. Bis-sors jisħaq li Robert Abela huwa konvint li jkompli għaddej bil-liġijiet proposti tal-ippjanar – liema liġijiet ikkontribwixxew għal kontroversja sħiħa, fost protesti minn bosta għaqdiet ambjentali li saħqu li din il-liġi ser tkompli tfarrak l-ambjent Malti, filwaqt li ser tkun qiegħda wkoll tiżvaluta l-Qrati tagħna.
Apparti min hekk il-qasma fil-Partit Laburista qed tkompli toħroġ fil-beraħ, bil-liġijiet tal-ippjanar jkunu waħda mill-mażri ta’ firda fi ħdan il-Gvern. Iżda Robert Abela, minkejja pressjoni interna kbira biex ixolji dawn il-liġijiet proposti, ser jkompli jagħmel ta’ rasu.
Bl-istess sors fi ħdan il-qalba interna tal-Labour jisħaq li Robert Abela huwa maqbud u ma jistax ma jdaħħalx dawn l-hekk imsejħa riformi.
Min naħa l-oħra il-Partit Nazzjonalista ilu li għamilha ċara li dawn il-liġijiet m’għandhomx jidħlu fis-seħħ.
//= $special ?>

