Is-7 darbiet rebbieħ tal-Balon d’Or mhux juri l-ebda sinjal ta’ waqfien, anke ta’ 38 sena, hekk kif is-Sibt Lionel Messi skorja l-890 gowl fil-karriera glorjuża tiegħu, u fl-istess jum huwa ffirma estenzjoni ta’ tlett snin mal-klabb ta’ David Beckham, Inter Miami, fejn ilu hemm diġa mill-2023.
Fil-partita tiegħu kontra Nashville, Messi sab ix-xibka darbtejn, b’wieħed mill-gowls ikun daqqa ta’ ras mill-isbaħ, rekrejazzjoni tal-gowl ikoniku skorjat minn Messi lura fl-2009 fil-finali tal-UEFA Champions League kontra Manchester United, fejn dakinhar in-numru għaxra ta’ Barcelona skorja t-tieni gowl fir-rebħa ta’ 2-0 fi Stadio Olimpico.
Apparti minnhekk, fl-istess partita kontra Nashville, Messi ġie mogħti l-unur ta-aqwa skorer tal-kampjonat MLS għall-istaġun li għadda fejn f’31 logħba huwa skorja 29 gowl.
Minkejja li Messi għandu 38 sena, plejers bħalu u bħal Cristiano Ronaldo jibqgħu juru l-kwalità irrispetivament mill-kundizzjoni fiżika u mill-età. Tant kemm hu hekk li Messi lagħab 23 partita minn meta għalaq it-38 sena f’Ġunju, fejn f’dawk il-partita skorja 25 gowl u pprovda 15-il assist, dan ifisser li kien involut f’50 gowl f’23 partita, numri ta’ barra minn hawn, spejalment għall-plejer ta’ dik l-età.
F’sentejn ma’ Inter Miami, Messi lagħab 83 partita, skorja 73 gowl u pprovda 37 assist.

Il-ġurnalist Taljan ta’ fama mondjali ikkonferma li Lionel Messi ffirma estenzjoni ta’ tlett snin ma’ Inter Miami permezz ta’ post fuq Instagram.
//= $special ?>

