Lokali

Maqsumin dwar ir-ritorn ta’ Keith Schembri

Jidher li r-ritorn ta’ Keith Schembri ħoloq qasma fil-Gvern ta’ Robert Abela. Dan hekk kif hemm diversi Ministri li diġa’ mhumiwex komdi bih.

Ma’ Net News, il-Ministru Silvio Schembri baqa’ jinħeba wara l-kummenti li ta l-Prim Ministru u insista li ma jwieġeb lanqas jekk Keith Schembri hux jagħtih parir jew le.

Dan wara li l-Keith Schembri qal publikkament li qed jgħin kemm lil Robert Abela kif ukoll lil numru ta’ Deputati.

Dwar ir-ritorn ta’ Keith Schembri, stqasejna lid-delegati Laburisti qabel il-bidu tal-Konferenza Ġenerali. B’uħud jgħidulna li huma komdi bir-ritorn tiegħu u li dan qed jgħin ħafna, waqt li oħrajn qalulna li Schembri ma rritornax mal-Partit Laburista hekk kif qiegħed biss f’komunikazzjoni mal-Prim Ministru

Fl-aħħar xhur, Robert Abela dar fuq diversi esponenti li huma simbolu tal-esteblishment laburista – mhux biss Keith Schembri, iżda anke nies bħal Chris Cardona, Neville Gafa u Jason Micallef. Kollha ismijiet li spiċċaw imexxi mill-ġdid il-magna tal-Labour.

L-eks Chief of Staff ta’ Joseph Muscat huwa mixli l-Qorti b’koruzzjoni, frodi u ħasil tal-flus.