Neville Gafa, bagħat ir-riżenja tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru b’effett immedjat.
Dan ħabbru hu stess fuq il-media soċjali tiegħu fejn spjega li qed jagħmel dan b’rabta ma’ artiklu li ppubblika kmieni dalgħodu.
L-artiklu li hu qed jirreferi għalih, issa tneħħa. Dawn l-aħħar jiem Neville Gafa ippubblika diversi artikli li kienu insensittivi fosthom artiklu fejn reġa’ sejjaħ lil Daphne Caruana Galizia bħala saħħara, u blog ieħor fejn qal li s-Segretarju Eżekuttiv tan-Nisa Laburisti għandha ilsien tal-valenu.
Net News, kemm il-darba staqsa kemm lill-Prim Ministru kif ukoll lill-Ministri dwar il-kliem ta’ Neville Gafa, u ħadd minnhom qatt ma kkundana d-diskors tiegħu.
Rapporti tat-Times of Malta qed jindikaw li kien il-Prim Ministru Abela li talab għar-riżenja ta’ Gafa.
//= $special ?>

